Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Fjur ta’ Xemx
Mark Calleja
€15.00
Category: Rumanzi, Kotba tal-mument
DESCRIPTION

Intlaqt u bdejt miexi mixja twila. Ma kontx naf kemm ser indum u fejn kont ser nasal. Ridt biss infiq. Xtaqt ninqata’ minn diqa li kienet ħakmitni wara li tlift lil ommi u lil oħti. Ridt nifhem, nipproċessa, naċċetta, ninbidel. U qalb il-mogħdijiet, is-selvaġġ u l-kenn ta’ filgħaxija, iltqajt ma’ għadd ta’ karattri, fosthom Pina, it-tfajla ta’ xagħarha vjola, ir-raġel tad-daqna, it-tfajla li ma titkellimx, u kif ukoll mal-kelb ta’ widnejh kbar li akkumpanjani matul il-vjaġġ kollu.
Imma probabbli, l-iktar persuna li ridt insir naf u nħobb, kienet jien innifsi. It-tifel ċkejken fil-fortizza, il-buffi fit-teatru, il-vjolinist, il-pellegrin, is-solitudni, u l-elementi tan-natura, kollha kienu parti integrali mill-vjaġġ tiegħi… sakemm intbaħt. Intbaħt li l-iktar persuna li kont qed inġarrab ma kinux ommi u oħti, imma jien innifsi. Mingħajr ma kont naf, kont qed nantiċipa l-mewta tiegħi stess. Il-fjur tax-xemx baqa’ miegħi matul il-vjaġġ u meta ġejt biex nitlaq għal darb’oħra, baqa’ jistennieni bħalma baqgħet tistennieni troffa xagħar vjola… imma did-darba ma kontx naf jekk hux ser nasal u wisq iktar jekk kontx ħa nerġa’ lura.

RELATED BOOKS

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Il-Karba ta’ Destin Wara Kull Tmiem Scroll to top