Out of stock
Dawn l-istejjer donnhom jitfaċċaw mal-għabra, bħat-tifla żgħira li kienet titfaċċa ġo sħaba trab jiżfen u terġa’ tgħib minn ġo fiha kif ġiet. In-narratriċi tosserva r-riħa u l-għeja ta’ ġakketta tal-ġild. U l-kutra taz-zija, li ngħalqet ġo dar battala, tibqa’ xxewwek… Kull familja għandha l-kaxxa tas-sigrieti tagħha. Jekk tinżamm magħluqa, is-sigriet jibqa’ mistur. Anke Julie żammet ir-relazzjoni tagħha mal-boss mistura. Biss, tibqa’ xxomm ir-riħa tal-kannella li tħobb tuża martu fit-torta tat-tuffieħ. Hemm tfulija li ma komplietx, tfal li jemmnu fis-sireni u oħrajn li jieħdu gost jaraw id-dinja ddur bihom.
Dawn ir-rakkonti jfakkruna li l-arloġġ ma jerġax lura. Madankollu, il-faxxinu tal-aktar affarijiet sempliċi madwarna u l-fantasija għadhom jixegħlu fil-kitba tal-awtriċi.
Din hija t-tielet ġabra ta’ stejjer qosra mill-pinna ta’ Rita Saliba.