DESCRIPTION
Dak li kulħadd kien qed jibża’ li għad jiġri sa fl-aħħar seħħ. Fost l-immigranti li jaslu Malta bid-dgħajsa, grupp ta’ terroristi indottrinati u mħarrġin f’kamp tal-estremisti fl-Afrika ta’ Fuq jippjanaw wieħed mill-agħar attakki li qatt saru fuq pajjiż tal-Punent. Thomas Whitfield, aġent speċjali tal-FBI, jintbagħat biex jgħin lill-membri ta’ S.I.K.T.A., taqsima ġdida ultra sigrieta li taqa’ direttament taħt il-President ta’ Malta.
Fdata b’missjoni diffiċli, is-Soċjetà Investigattiva Kontra t-Terroriżmu u l-Aggressjoni tinsab f’ġirja sfrenata kontra l-ħin. Osman Taylor, l-uniku pulizija Malti iswed, jissogra ħajtu.