DESCRIPTION
Maris kienet ilha sentejn postulanta mas-Sorijiet ta’ St Joseph, Tas-Sliema. Dehret li bil-mod kienet qed tissetilja f’dik il-ħajja li għażlet. Sa ma lejla waħda tisma’ l-aħbar minn fuq it-televixin Taljan li kien seħħ inċident f’autobus tat-turisti f’Ruma u li fih kienu involuti xi seminaristi Maltin li kienu vaganza. Kif semgħet dal-kliem, Maris werżqet u waqgħet mal-art b’ħass ħażin. Damet ma ġiet f’sensiha u l-uniċi kelmiet li bdiet tlissen kienu: “Daniel! Daniel!” Min kien Daniel? U għaliex Maris ħaditha hekk bi kbira dik l-aħbar? Allaħares miet!
Minn dak il-mument, kemm il-ħajja ta’ Maris u kemm ta’ Daniel tinqaleb ta’ taħt fuq. Tgħid għad xi darba jerġgħu jaraw ’il xulxin?