Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Il-Kennies tal-Ġenna
Tony Cassar Darien
€10.00
Category: Drammi
DESCRIPTION

‘Lena, ħabbejtek ħafna. Nemmen – bla ma nifhem għaliex – illi inti wkoll ħabbejtni. Man-nisa jien delli tqil; miegħek mod ieħor.’

*****

‘Meta l-Imperial Bar ħadu Bertu … konna ninżlu mill-Barrakka għal kafè jew 7-up float … u hemm konna nitkellmu fuq kollox, imma l-aktar fuq il-mużika … kulħadd kien f’xi kamp, Elvis, Pat Boone, Paul Anka … Minn hemm bdejna bid-dances, norganizzaw il-concerts u hekk. L-ewwel darba li f’Malta s-serati kienu mixed, boys u girls, imħallta … Il-Barrakka, l-ICE Club, it-Teensville u l-Imperial Café … Jgħidu x’jgħidu l-bravi tal-kotba, minn hemm bdiet il-modernizzazzjoni ta’ ‘Malta Ġdida.’

*****

‘Minn dejjem niftakarni b’lehma femminili. Maqfula f’qoxra illi mhux tiegħi, b’sider magħfus ’il ġewwa. U noħlom illi xi darba ġismi ta’ vera se jfaqqas u jispara ’l barra. U fl-aħħar ikolli d-dehra li tassew tixraqli … ’

*****

‘Tgħid fit-teatru biss li t-traġedji dejjem jispiċċaw bil-mewt u l-kummiedji dejjem jispiċċw biż-żwieg?’

*****

‘Iż-żibel tagħna dejjem se jibqa’ jdur magħna! Iż-żibel hu immortali! Tista’ tkissru, taħarqu, tibdillu l-forma; imma ż-żibel tagħna nġorruh magħna. Iż-żibel jista’ jixxerred fl-arja, jinħall fl-ilma, jidbiel fil-ħamrija, jinbidel f’gass, duħħan, nugrufun, jivvjaġġa fuq jew taħt l-art, idur mad-dinja – imma bħall-mewt, ma jintemm qatt.’

*****

‘U bdew jitkellmu fuqi bil-lingwa l-ġdida tal-Ismaċuċ … Ġiet ivvintata biex permezz tagħha jkun hemm aktar komunikazzjoni max-xadini … Il-vokabularju tagħha ma jgħoddx aktar minn 300 kelma. L-ewwel ma ntużat kien ma’ ħmistax-il idjota b’IQ vera baxx … Permezz tal-Ismaċuċ saru saħansitra kapaċi jmexxu talkshows fuq it-televixin.’

RELATED BOOKS

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Xemx. Sewda Passiġġieri. Muti Wherever could they be? Scroll to top