Ir-Raġel li ġie mal-Lejl
Alfred Massa
€12.00
Category:
Rumanzi
DESCRIPTION
Lejla waħda, waqt li Bettina u wliedha Tommaso u Kristina kienu fuq il-bejt ta’ darhom, lemħu raġel fit-triq ta’ quddiemhom li talabhom l-għajnuna. Ġiethom ħniena minnu, tant li daħħluh ġewwa. Aktar tard, Bettina, kontra x-xewqa ta’ wliedha, stednitu jibqa’ magħhom bil-għan li jibda jeħdilhom ħsieb ir-raba’ mitluq li kellhom. Ir-raġel, li qal li kien jismu Konrad u li kien Ġermaniż, laqa’ bil-ferħa t-talba ta’ Bettina, iżda maż-żmien beda juri ċerti atteġġjamenti inspjegabbli.
- X’kien sar minnu r-raġel ta’ Bettina?
- Min kien tabilħaqq dan Konrad?
- X’relazzjoni nibtet bejn Kristina u Simone, bint Girgor u Saverja?
- Għaliex Girgor kien iħossu daqshekk obbligat lejn Bettina?
Rumanz ġdid ta’ Alfred Massa li żgur iħalli lill-qarrej kurjuż biex jara xi jkun se jiġri wara – tipiku tar-rumanzi ta’ dan l-awtur tant popolari fost il-qarrejja lokali.
Fi tmiem ir-rumanz il-qarrej isib sorpriża tistennieh.