DESCRIPTION
“Santa Marija!” kulma esklamat in-nanna,
b’idejha t-tnejn ma’ ħaddejha, meta n-neputija b’bikja niexfa qaltilha x’kien ġralha.
U dak li kien ġralha jsawwar dan ir-rumanz,
mibni u minsuġ minn tliet livelli: dak tan-narrattiva tradizzjonali, tal-ħrafa, u tal-ħsieb.
Il-protagonisti huma tnejn. Tfajla liebsa l-aħmar,
il-ġmiel tagħha, u raġel li donnu ġie minn imkien.
U miegħu ġab misteri, ħsibijiet, ritwali,
u provokazzjonijiet. U ra fit-tfajla – f’għajnejha,
fl-istagħġib tagħha, f’ġisimha – xi ħaġa li tmur
lil hemm mill-ġmiel.