Rakkonti li jqanqlu kurżità. Iwasslu sorpriżi.
Faċċati sempliċi u ordinarji li jaħbu komplessità profonda.
Faċċati li jostru esperjenzi ta’ diqa, ta’ ansjetà, ta’ weġgħa, ta’ dehxa.
Faċċati ta’ tiġrib, ta’ fixla, ta’ tensjonijiet, ta’ kunflitti,
ta’ frustrazzjoni, ta’ illużjoni.
Faċċati-maskri ta’ tlellix, ta’ stonaturi, ta’ ipokresija,
ta’ dgħufija, ta’ opportuniżmu.
Faċċati ta’ għajta maħnuqa ta’ protesta.
Faċċati wkoll ta’ mħabba, ta’ għożża, ta’ tama, ta’ simpatija, ta’ għoġba, ta’ sensittività, ta’ impenn.
Faċċati ta’ lwien mill-ħajja Maltija, bl-imġibiet kuntrastanti, bl-ironija, bl-egoiżmu, bit-tiġbid, bl-intriċċi, bil-qtugħ
in-nifs ambjentali. Imma wkoll bil-waqtiet ta’ tbissima, ta’ għajnuna.
Faċċati li jwaħħluna magħhom:
Juru l-ġmiel tal-kelma.
Jisfidaw il-ħsieb.
Iqanqlu riflessjoni u diskussjoni.
Jipprovdu sigħat ta’ gost ta’ qari.