Ninsabu fi kriżi dinjija fis-snin futuri tal-2088. Il-pajjiż ta’ Mahar hu taħt il-ħakma dittatorjali ta’ MIK. Bħal ħafna oħrajn, Xuri Abdella jsofri inġustizzja li teqirdu. Darba, b’subgħu ppuntat lejn raġel bilqiegħda f’xarabank, jgħid lil bintu Ania: “Meta mmut, għid dan qatlu lill-papà.”
Meta kibret, bla ma ppjanat, Ania spiċċat tfittex min kien dak ir-raġel. Iżda, tiskopri li ommha u t-tabib tal-familja setgħu kellhom x’jaqsmu mal-inkwiet li bata missierha. It-tfittxija għall-verità titħallat mal-ħajja ta’ kuljum – Ania, single mother li żżewġet narċisist u li għeb hekk kif iddivorzjaw. Iżda issa ltaqgħet ma’ Kenneth – l-għalliem ta’ bintha, Rebekka.
X’jiġri meta Ania tasal tagħmel ħaqq mill-passat?
Dak li tiżra’ taħsad għax kull kawża għandha effett – effett li qatt ma nkunu qed nistennew …