Stejjer li jeħduna fid-dellijiet tal-esperjenzi tan-nies.
Ta’ emigrant li fl-Awstralja baqa’ jġorr dell tqil mill-imgħoddi.
Ta’ ħlejjaq li fuq spallejhom jagħfas id-dell tad-tradiment fiż-żwieġ.
Ta’ suspetti familjari.
Ta’ vjolenza domestika.
Ta’ telf f’labirint ta’ fixla bejn responsabbiltà u ħarba minnha.
Ta’ bniedem maħkum fid-dell ta’ żewġ nisa.
Ta’ tfajla li togħla fuq dell trobbitha biex tilħaq dawl ġdid ta’ ħelsien.
Ta’ xwejħa li f’moħħha u f’qalbha tirbombja damdima.
U aktar rakkonti ta’ karattri li jġorru dellijiet ta’ slaleb jew ta’ frisk ta’ serħ.
Dellijiet skuri ta’ weġgħat, ta’ kunflitti, ta’ frustrazzjoni, ta’ diżillużjoni.
Dellijiet komdi ta’ kenn, ta’ mħabba, ta’ għożża, ta’ żegħil, ta’ ħolm, ta’ tifkiriet imlewna.
Dellijiet li jqanqlu ħsibijiet, riflessjoni, u diskussjoni.
Dellijiet li jpaxxuna bil-ġmiel tal-kelma Maltija magħżula.
Dellijiet li jdaħħluna f’atmosfera ta’ qari ta’ gost.