Charlò Camilleri (t.1975), Karmelitan, iggradwa fil-Filosofija u l-Istorja tal-Arti (1997), fit-Teoloġija (2000), u speċjalizza fit-Teoloġija Pastorali (2002) u t-Teoloġija Spiritwali (2007). Huwa rċieva wkoll id-Diploma CIFS fl-2004. Huwa awtur ta’ diversi kotba u artikli kemm fuq livell speċjalizzat u akkademiku kif ukoll għall-pubbliku inġenerali. Huwa lettur fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, kelliem mistieden kemm f’pajjiżna kif ukoll ’il barra minn xtutna, Direttur Eżekuttiv tal-Carmelite Institute Malta, riċerkatur imsieħeb mas-CISMAF u fil-Bloemfontein Free State University, u Delegat tal-Arċisqof għall-Ordo Virginum fid-Djoċesi ta’ Malta.
Għal qalbu fil-binja tal-ħsieb u l-viżjoni tal-ħajja hija l-interdixxiplinarjetà bejn l-oqsma tal-għerf, l-aktar fi djalogu mat-Teoloġija. Imbuttat min-nies tal-letteratura u l-ħbieb, aċċetta li joħroġ din l-ewwel damma ta’ poeżiji mitbugħa mill-pinna tiegħu li timraħ fuq medda ta’ għoxrin sena.