Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Mikiel Anton Vassalli
Ivan Said
€26.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

Wara dsatax-il sena ta’ eżilju fi Franza u fi Spanja, fid-19 ta’ Ġunju 1820 Mikiel Anton Vassalli wasal Malta minn Marsilja fuq il-brigantin Saint Francis. Fuq l-istess biċċa tal-baħar, fit-2 ta’ Ottubru tal-istess sena waslet familtu: martu Katerina Vassallo, xebba Formosa de Fremaux, li studjużi jemmnu li żżewwiġha diment li kien Franza, u wliedu subien, Grabiel ta’ 6 snin, Saver ta’ 5 ħames snin, Mikiel Anton ta’ 3 snin u Lorenzo, ta’ età maġġuri.

F’Malta taħt l-Ingliżi, Vassalli kien fqir u għajjien, mingħajr mezzi u riżorsi biex jgħajjex il-familja. Iżda Rt Hon. John Hookham Frere, diplomatiku Ingliż u lingwista, li kellu interess fil-koltivazzjoni tal-Malti u l-edukazzjoni inġenerali, għenu bis-sħiħ. Saħansitra għenu biex sar l-ewwel Professur tal-Malti fl-Università ta’ Malta u ħallaslu s-salarju. Wisq probabbli kien Frere li fl-1823 laqqa’ lil Vassalli mar-Rev. William Jowett, il-qassis Anglikan li fl-1815 nieda f’Malta fergħa taċ-Church Missionary Society (CMS).

L-Anglikani qabbdu lil Vassalli jittraduċilhom għall-Malti, fost bċejjeċ oħra, l-Erba’ Vanġeli u l-Atti tal-Appostli, li ħarġuhulu ftit xhur wara mewtu f’Londra fl-1829. Aktarx kien fl-1825, meta l-Anglikani qabbdu lil Vassalli jittraduċilhom Storja tas-Sultan Ċiru, li ħarġuh stampat fl-1831 mill-istamperija li s-CMS kienu waqqfu f’Malta fl-1822.

It-traduttur jinkludi Storja tas-Sultan Ċiru, meħuda mir-Rollin, b’addattament mill-Franċiż ta’ Mikiel Anton Vassalli

RELATED BOOKS

  • Beyond Walls

    by Order from Europe

    €68.00
  • Josef Kalleya and Dante VOL 3

    by Giuseppe Schembri Bonaci

    €40.00
  • The Unreality of Realism Maltese Modern Art Series: History & Theory Volume 1

    by Giuseppe Schembri Bonaci

  • Le Poète Mario Azzopardi

    by Andrew Sciberras, Tarċisju Zarb

    €15.00
  • Bil-Kliem Żvinat Ġo Ħoġri – Esperjenza tal-Misteru fil-Poeżija ta’ Joe P. Galea

    by Andrew Sciberras

    €14.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia (1797-1850) The Beheading of Ignez Scroll to top