Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Il-Ħalfa tad-Destin
Michael Cini
€13.00
Category: Novels
DESCRIPTION

Fejn qatt kont nobsor li l-Gran Mastru De Valette kellu bint, u li din kienet se tiġi hawn Malta f’nofs l-Assedju l-Kbir?

U ferm aktar minn hekk, min kellu jgħidli li f’dan l-uragan ta’ mwiet, battalji ħorox u taqtigħ il-qalb bla qies, jien u hi konna se nsiru ninħabbu?

Veru li jiena kont wieħed mill-gwardji personali ta’ De Valette fdat bil-missjoni sigrieta li akkost ta’ kollox, anki ta’ ħajti stess, kelli nfittex li nipproteġi u nħarrab lil Isabella minn Malta … qabel ma t-Torok jaħtfuha taħt idejhom!

Imma tgħid, kif kien se jirnexxilna noħorġuha minn Sant’Anġlu meta kull fejn tħares, ħlief suldati Torok għassa tagħna ma kontx tara? Kif konna se nħarrbuha sal-Imdina u neħduha l-Kastell t’Għawdex biex wara, insalpaw biha lejn Sqallija meta x-xwieni Torok kienu l-ħin kollu għaddejjin bir-ronda, jgħassu bir-reqqa l-ibħra kollha tal-madwar?

U fuq kollox, min kien lest li wara dawn il-perikli kollha jibqa’ magħha sal-aħħar … biex jeħlisha wkoll minn dak it-tirann li kienet se tkun imġiegħla tiżżewweġ kontra qalbha …?

Ħlief jien!

RELATED BOOKS

  • Imħabba Projbita Dak Kollu li Jidher…

    by Michael Cini

    €12.00
  • Bis-Sens

    by Stephen Lughermo

  • Easeful Death

    by Marta Obiols Fornell

    €12.00
  • L-aħħar Warda

    by Ġorġ Peresso

    €13.00
  • Imħabba taħt Assedju deċennji qabel

    by Darren Agius

    €13.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Bejn Storja u Miti: L-Imħallef Giovanni Bonello Vjaġġ Bil-Ballun Scroll to top