Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Sale!
Dun Feliċ Demarco u l-Qarċilla fil-Karnival tal-1760
Conrad Fenech
€15.00 €10.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Stħajjel ruħek f’Karnival Malti tal-imgħoddi, b’ħarstek issegwi l-maskri grotteski u ż-żuffjett brijuż ta’ madwarek. Bla ħsieb ta’ xejn, għandek imnejn tisma’ kuntratt bit-titlu “Żwieġ la Maltija” qiegħed jitħabbar minn nutar. Il-kantuniera mnejn ġej il-leħen tal-manifk issir il-lok fejn id-diskors burlesk dwar iż-żwieġ jiltaqa’ mad-dehra grotteska tal-maskarati għaddejjin fit-triq, biex flimkien dawn isiru karikatura waħda li testendi mill-aspett viżwali tal-Karnival saż-żuffjett imleħħen tal-qarċilla.

Dan hu ġeneru ta’ reċtar burlesk li jagħmel għors sħiħ bil-pretensjonijiet tan-nutar, bil-kruhat fiżiċi tal-għarusa, saħansitra bil-faqar, bl-ingann, u bil-piki tal-popolin. Hu ġeneru li ma jaħfirha lill-ebda mill-isterjotipi Maltin ta’ żmienu, hi x’inhi l-provenjenza soċjali tagħhom. Bħalma tagħmel l-okkażjoni sħiħa tal-Karnival, il-qarċilla tlibbes maskra grotteska lil kulħadd biex iddarri lill-komunità tinża’ l-maskri l-oħra kollha tagħha ta’ matul is-sena, ħalli b’hekk il-kotra titgħallem tidħak bl-ipokriziji tagħha stess.

Bl-istħarriġ paċenzjuż ta’ riċerkatur li verament ħabb is-suġġett tiegħu, Conrad Fenech irnexxielu jeskava mhux biss id-dokumenti li fadlilna tal-qarċilla, iżda wkoll dan l-ambjent kulturali sħiħ li fih nibtet u għal xi żmien għexet din l-għamla ta’ produzzjoni. Bl-assoċjazzjonijiet interessanti li skopra fl-etimoloġija tal-kelma “qarċilla”, bid-deskrizzjoni tal-imġiba tipikament goffa tal-karattri, bi stħarriġ interessanti tal-mekkaniżmi burleski u vulgari tal-ġeneru nnifsu, Fenech idaħħalna mill-ġdid f’għamla ta’ divertiment grottesk li donnu qiegħed jitlob biex jerġa’ jingħata l-ħajja. It-teżi tal-B.A. (Unuri) fid-Dipartiment tal-Malti li fuqha huwa bbażat dan ix-xogħol tixhed kif ir-riċerka ta’ student iddedikat tista’ tkun l-ewwel pass lejn pubblikazzjoni akkademika tassew oriġinali u rigoruża fit-trattament tas-suġġett tagħha.

Dr Bernard Micallef, Kap tad-Dipartiment tal-Malti, Università ta’ Malta

RELATED BOOKS

  • L-Edukazzjoni Hi Politika: Paulo Freire

    by Carmel Borg

  • Bejn Storja u Miti: Trevor Żahra Ġabra ta’ Kitbiet

    by Sergio Grech

  • Goal Volume 6

    by Carmel Baldacchino

    €25.00 €10.00
  • Josef Kalleya and Dante VOL 3

    by Giuseppe Schembri Bonaci

    €40.00
  • Uliedna Rigal

    by Drachma Parents Group

    €15.00 €12.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Verġni Sagri, Demonji u Boloh għal Alla – Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali... L-Edukazzjoni Hi Politika: Paulo Freire Scroll to top