Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Norwegian Wood – Haruki Murakami
Charles Flores
Category: Novels
DESCRIPTION

Maqlub għall-Malti minn Charles Flores

 

Ġrajja msejsa fuq il-ħajja taż-żgħażagħ Ġappuniżi fit-tieni nofs tas-snin 60 meta mad-dinja kollha kienet għaddejja tonfoħ maltempata ta’ protesti mill-ġenerazzjoni żagħżugħa. Din it-traduzzjoni ta’ Norwegian Wood tal-awtur ċelebri Ġappuniż Haruki Murakami għandha l-għan waħdani li tkattar aktar l-iskambju letterarju bejn żewġ kulturi diversi imma komuni fejn jidħlu tqanqiliet imxettla minn tbatija, iżolament, imħabba u sentimenti oħra li, wara kollox, huma aktar tal-bniedem milli ta’ ġens wieħed jew ieħor.

 

Ħafna mill-qarrejja tiegħi qiesu Norwegian Wood bħala xi forma ta’ rtirata min-naħa tiegħi, ċaħda ta’ dak kollu li kien jiddistingwi x-xogħlijiet tiegħi sa dakinhar. Għalija, madankollu, kollox kien bil-kuntrarju: kienet avventura, sfida. Qatt qabel ma kont ktibt storja ċara u sempliċi, u ridt nittestja lili nnifsi. Tajtha l-isfond tat-tieni nofs tas-snin 60. Issellift id-dettalji tal-protagonist fl-ambjent universitarju u l–ħajja ta’ kuljum mill-esperjenza tiegħi bħala student. Ir-riżultat kien li ħafna nies ikkonkludew li kont ktibt rumanz awtobijografiku, iżda fil-fatt mhu awtobijografiku xejn.

HARUKI MURAKAMI

 

It-traduzzjoni għall-Malti saret mill-verżjoni bl-Ingliż, għaldaqstant kompla ntilef xi ftit mill-effett oriġinali li ħareġ mill-pinna għanja ta’ Murakami, iżda t-tama tiegħi hi li ma ntilifx l-ispirtu li bih inkitbet. Il–ġisem ikun tilef ħafna, bl-Ingliż jgħidulek ‘lost in translation’, imma r-ruħ tibqa’ hemm. Tal-anqas hekk nittama.

CHARLES FLORES

RELATED BOOKS

  • Imħabba taħt AssedjuStorja Kbira

    by Darren Agius

    €13.00 €5.00
  • Ladarba Dar ir-Riħ

    by Lina Brockdorff

  • L-Għoġol tad-Deheb

    by Tony C. Cutajar

    €8.00 €3.00
  • Esperjenza Unika, Love

    by Jacqueline Mizzi

    €10.00 €5.00
  • A Past Unveiled

    by Robert Busuttil

    €15.00 €7.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Min jogħdos bla maskra Vincenzo of my Heart a novel Scroll to top