Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Ir-Raġel B’Żewgt Uċuħ
Joseph Serracino
€12.00

Out of stock

Category: Short Stories
DESCRIPTION

Ir-Raġel B’Żewġt Uċuħ jieħu ismu minn waħda mill-istejjer li nsibu f’din il-ġabra ta’ novelli ta’ Joseph Serracino. Huma stejjer minsuġin mit-tiġrib tal-ħajja. Il-protagonisti tagħhom huma bnedmin tad-demm u l-laħam bħalna, li sfortunatament matul ħajjithom għaddew minn sitwazzjonjiet diffiċli u iebsa ħafna, u li ħallew warajhom niket, qtigħ il-qalb, inkwiet, solitudni u weġgħat oħra li weħlu mal-moħħ u nikktu l-qalb. Stejjer oħra f’din il-ġabra li jressquna biex nifhmu aħjar il-kobor u l-qawwa  tal-imħabba, is-sens tas-sagrifiċċju, il-valur tal-ħniena, il-mogħdrija u l-paċi li ġġib magħha l-maħfra huma: L-Għelm tal-Ħajja, Vittma ta’ Mħabba, Ir-Raġel Misterjuż, Il-Vuċi li Dwiet mill-Ġdid u oħrajn.

“Xi wħud min-negozjanti kienu jgħiru għalih għax kienu jarawh bniedem kapaċi u determinat ħafna, waqt li oħrajn kienu jsostnu li kellu ħafna ħbieb fil-poter u li kien ixaħħamhom biex jakkwista dak li jrid. Iżda Dino, li kien jaf bl-għajdut li kien qed jingħad fuqu, ma tax kashom. Kellu ħsibijiet oħra f’moħħu. Jum fost l-oħrajn huwa ddeċieda li ma jkomplix jespandi fl-industrija tal-azzar jew inkella jfixkel in-negozji tal-kompetituri tiegħu. Issa moħħu kien qed jhewden fuq negozju akbar li kien kapaċi jrendi qligħ aktar minn dak tal-azzar…”

RELATED BOOKS

  • Minn Żmien l-Għerien

    by Lina Brockdorff

    €12.00
  • Xewqa ta’ tfajjer u stejjer oħra

    by Lina Brockdorff

    €13.00
  • Madwar il-Fuklar

    by Lina Brockdorff

  • Ittri mill-Mitħna Tiegħi

    by Alphonse Daudet

    €14.00
  • Inkontri ta’ Kuljum

    by John P. Portelli

    €14.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
In-Natura Tibki L-ittra ta’ Osama u stejjer oħra Scroll to top