Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Ir-Rebbieħ li għadu jirbaħ
Dun Ġużepp Gauci
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

L-aktar xbihat komuni ta’ San Ġorġ Megalomartri huma dawk li juruhulna fuq iż-żiemel, fi ġlieda mad-dragun biex jeħles tfajla mill-periklu li sabet ruħha fih. Din il-leġġenda tant xegħlet il-fantasija ta’ pitturi kbar li wħud minnhom ħallewlna sensiela ta’ kwadri li, wieħed wara l-ieħor, jagħtuna fid-dettall il-mumenti differenti ta’ din il-leġġenda, li mhix antika daqs il-figura storika ta’ San Ġorġ. Anzi, ta’ min jgħid li din il-leġġenda tal-ġlieda ta’ San Ġorġ mad-dragun, daħlet fi Żmien il-Kruċjati, bejn wieħed u ieħor lejn tmiem is-seklu ħdax, meta San Ġorġ, bil-ġrajjiet tal-martirju tiegħu, kien diġà ġibed lejh il-qlub ta’ ħafna popli.

Ta’ min jgħid ukoll li l-ħolqien ta’ leġġendi kien jinbena dwar persuni li diġà jkunu għaġġbu lil ħafna popli bl-għemejjel tagħhom. U, biex jagħtu aktar importanza lil dawn il-persuni, kienu joħolqu għadd ta’ ġrajjiet madwar

il-personalità tagħhom bil-ħsieb li jimmortalizzaw tifkirithom. Kif jgħallem l-aġjografu magħruf H. Delahaye S.J., Bollandista, “Il-leġġendi li jinbtu madwar persuna, bl-ebda mod m’għandhom inaqqsu mill-importanza storika ta’ dik il-persuna.” Mhux ta’ min iħalli barra l-fatt li l-kelma ‘leġġenda’ ġejja mill-verb Latin ‘legenda’ u tfisser ‘xi ħaġa li għandha tinqara’.

Qed noffrilkom dan il-volum mimli tagħrif interessanti dwar il-Qaddis li rebaħ fil-martirju, rebaħ bil-kult kbir tiegħu, u għadu jirbaħ fi żminijietna, kif nittama li jagħmel f’kull min iqalleb sewwa l-paġni ta’ dan il-ktieb. Tibqgħux lura, l-aktar intom li tassew tħobbu lil San Ġorġ, li tiksbu kopja tiegħu. U San Ġorġ, min-naħa tiegħu, żgur li jbierek lil dawk li jsiru aktar midħla tar-rebħa u bħalu huma wkoll isiru rebbieħa Kristjani.

RELATED BOOKS

  • L-Edukazzjoni Hi Politika: Paulo Freire

    by Carmel Borg

  • Ħsiebu Jsuqu

    by Charles Briffa

    €20.00
  • Cor ad Cor Loquitur Qalb tkellem lill-Qalb 2/I u 2/II

    by Hector Scerri

    €30.00
  • Bejn Storja u Miti – Marie-Louise Coleiro Preca

    by Sergio Grech

    €35.00
  • Achille Mizzi – Il-Werriet u s-Suċċessur Denn ta’ Dun Karm

    by Andrew Sciberras

    €13.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
ĠIMGĦA wara ĠIMGĦA Faċċati Scroll to top