Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
It-Tulipan l-Iswed u drammi oħra
Joe Friġġieri
€8.00
Category: Children
DESCRIPTION

Bil-pubblikazjoni ta’ dawn l-erba’ drammi għat-tfal u ż-żgħażagħ qed jimtela vojt li ilu jinħass, l-aktar fl-iskejjel fejn tidħol l-attività tad-drama. L-ewwel tliet drammi kienu dehru għall-ewwel darba fis-Sagħtar, ir-rivista għall-iskejjel, fl-1971, inħadmu f’bosta skejjel, u għadhom relevanti sal-lum.

Huma drammi b’element qawwi ta’ fantasija, b’tagħlima siewja f’kull wieħed minnhom. Jekk It-Tulipan l-Iswed jittratta l-kruha tad-diskriminazzjoni soċjali, Matti jitkellem favur l-ambjent naturali Malti u l-isfreġju tiegħu bi żvilupp esaġerat.

L-Għanja tal-Weraq ilaqqagħna mal-ġmiel dejjem jiġġedded tal-istaġuni, hekk kif il-weraq tal-ħarifa u tar-rebbiegħa jiddibattu l-merti rispettivi. L-Għanja tal-Pasturi, miktub aktar tard, fl-1983, hu dramm ferm addattat għal żmien il-Milied. L-awtur jieħu din il-ġrajja unika u jdawwarha fi sfond Malti u jlaqqagħna wkoll ma’ drawwiet lokali li xi wħud minnhom qed jintilfu mal-mixja taż-żmien.

Joe Friggieri dejjem fittex li jilħaq firxa wiesgħa ta’ qarrejja fix-xogħlijiet tiegħu. L-Istejjer tar-Ronnie kiseb popolarità kbira fost l-istudenti u l-għalliema tal-iskejjel privati, waqt li waħda mill-istejjer miġbura fil-ktieb Ħrejjef għal Żmienna ntgħażlet biex tagħmel parti minn diversi antoloġiji.

RELATED BOOKS

  • Bewsa

    by David Bezzina, MaryAnn Vella

    €6.00
  • Gabrijel u l-Flokk tar-Rokit

    by Rita Saliba

    €6.00
  • Ulied il-Wied

    by Ben Agius

    €6.00
  • Stejjer mill-Bosk u Mkejjen Oħra

    by Patrick Sammut

    €9.00
  • L-aħħar Vjaġġ

    by Richard Attard

    €10.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Ċisju Ħrejjef minn Esopu Scroll to top