Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Jean-Paul u Sebbelliku
Carmel G. Cauchi
€10.00

Out of stock

Category: Children
DESCRIPTION

Sebbelliku huwa ġenju dħuli li jitħabbeb ma’ Jean-Paul b’mod mhux tas-soltu. Għall-ewwel jibda jidhirlu u jkellmu direttament permezz tal-internet minn fuq l-iskrin tal-laptop u tal-ismartphone. Aktar tard, jibda jiltaqa’ miegħu personalment.

Fl-ewwel laqgħat, Jean-Paul donnu jibża’ minn Sebbelliku minħabba d-dehra stramba tiegħu u l-fatt li l-ġenju jaf ħafna dwaru. Imma mbagħad isiru ħbieb kbar.

Il-ġenju jgħid lil Jean-Paul li huwa jaf bix-xewqa sigrieta li għandu u lest li jgħinu jaqta’ din ix-xewqa kbira, imma l-ewwel iridu jgħaddu flimkien minn bosta avventuri x’aktarx strambi.

Fil-kamra ta’ Jean-Paul ikun hemm armarju fil-ħajt li soltu jerfgħu fih xi ħwejjeġ u oġġetti oħra li ma jkunux jintużaw, imma meta Sebbelliku jgħid lil Jean-Paul jiftħu, dan isib indana taraġ li tiżbokka fi Triq ix-Xaradi. Jean-Paul jinżel jimxi tul din it-triq, u hekk tibda sensiela ta’ avventuri u problemi li jkun jeħtieġlu jsolvi.

Imma, fuq kollox, x’kienet ix-xewqa sigrieta ta’ Jean-Paul? U jirnexxilu Sebbelliku jagħmel li din ix-xewqa sseħħ?

RELATED BOOKS

  • Il-Ħajjat tal-Istejjer

    by Rita Saliba

    €10.00
  • Patatinu, il-Ħmar ta’ Qalbu Tajba

    by Maria Ferriggi

    €11.00
  • Il-Patt tal-Prinċep

    by Daniel Cini

    €6.00
  • In-nemes u l-ballottra

    by Anthony Farrugia

    €8.00
  • L-Ingwanti Maġiċi Jagħmlu Ħbieb

    by Anabelle Azzopardi

    €9.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Patatinu L-Għorfa f’Tarf l-Irdum Scroll to top