Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Kwarantina
Charles Flores
€15.00
Category: Novels
DESCRIPTION

Jim Crace Rebbieħ tal-Premju Whitbread

Maqlub għall-Malti minn Charles Flores

X’aktarx li l-aktar kelma fil-vokabularju dinji li smajna u għadha tirbombja fost il-ġnus u l-ilsna tagħhom tul din l-aħħar sena u nofs hija kwarantina. L-imxija tal-virus qerried kienet u għadha l-kaġun, hekk kif il-bniedem beda jara kif se jeħodha ma’ dan is-saram ġdid li ħlief imwiet, telf ta’ impjiegi u tkissir ta’ ekonomiji madwar id-dinja ma żerax. Il-ħtieġa tal-kwarantina kienet minnha nnifisha l-aħjar mogħdija lejn il-ħelsien mit-theddida, lejn l-irxuxtar minn tbatijiet fiżiċi, u lejn il-ħarsien tal-maħbubin u l-għeżież tagħna.

Il-kwarantina ta’ Jim Crace mhix nieqsa mill-passi ġeblija ta’ din  il-mogħdija. Iżda fiha hemm sfida spiritwali, magħġuna fl-immaġinazzjoni u l-kreattività ta’ kittieb li jwassal tqanqil ruħu b’mod li jsaħħrek. X’aktarx anki jaħsdek, kultant forsi anki jgħaddbek. Il-kwarantina ta’ Ġesù Kristu fid-deżert, il-karattri kważi surrealistiċi li hemm miegħu jaqsmu l-għatx u l-ġuħ tax-xgħari mbiegħda jiffurmaw stampa li ma titilqekx għal waqt wieħed. F’dawn ix-xeni ta’ sikwit issib u tilmaħ bċejjeċ minn Malta jfeġġu quddiemek. In-nixfa. Il-ħxejjex. L-ilwien. Ix-xtieli. Ir-reżħa. Is-sħana. L-emozzjoni.

Għal Charles Flores, din it-traduzzjoni kienet bħal leħħa ta’ berqa f’waqt opportun. Bejn twemmin u nuqqas – jew tmermir – ta’ twemmin hemm baħar jaqsam u għexieren ta’ interpretazzjonijiet. Hu żgur li fil-qasam tal-kitba bil-Malti x’aktarx li ma kellna qatt xogħol daqstant provokattiv u ħawtiel li jmiss mill-qrib u b’daqshekk intensità l-aspett tal-bniedem u t-twemmin tiegħu, ir-ritwali u t-tradizzjonijiet, l-inżul u t-tlajja’ tas-soċjetà, l-imħabba ta’ veru u l-qerq, it-tfittxija dejjiema għal xi ħaġa … kollha kemm huma maqbudin f’kitba qawwija fin-nisġa, tgħum fil-metafora u tgħinek taħseb, tipprova tifhem u tħares lejn ħajtek minn lentijiet għal kollox differenti minn xulxin.

RELATED BOOKS

  • Anġli u Xjaten

    by Ben Agius

    €14.00
  • The Reluctant Healer

    by Lou Drofenik

    €14.00
  • Frascati

    by Therese Vella

    €12.00
  • September Rain

    by Robert Busuttil

    €15.00
  • Iben il-Quisling

    by Ben Agius

    €13.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Ċelel bla Ħitan Leħen mix-Xagħri Maħqur Scroll to top