Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Meta ssibni waħdi
Jonathan Balzan
€12.00
Category: Poems
DESCRIPTION

Wara li naqraw għadd ġmielu minn dawn il-poeżiji qosra nagħrfuh, nifhmuh, u nsiru nafuh lil Balzan bħala suġġett li jaħseb – suġġett konxju – u li hu in charge tiegħu nnifsu. Dawn il-poeżiji qosra joħorġu lil dan is-suġġett għall-wiri fil-vetrina tal-versi biex min irid ja(q)rah; u l-aħjar tarah bis-sabar qarrej tal-ħsieb għax fil-ftit hemm ħafna – multum in parvo. Balzan huwa suġġett attiv u ħaj. Hekk, jingħaraf ukoll bħala oriġinatur: bħala dak is-sit fejn iseħħ il-ħsieb; u fl-istess ħin bħala dak is-sit li fuqu jpoġġi l-ħsieb. U bħala sors huwa s-sid tat-tifsir tiegħu, bil-jien f’relazzjoni ma’ oħrajn. U l-personali l-poeżija tagħmlu ġenerali għax l-individwu jsir mikrokożmu.

CHARLES BRIFFA

 

 

Spiss, Balzan jorganizza l-esperjenza tiegħu f’ritmi qosra u skjetti, kważi stakkati. Dawn huma poeżiji animati bit-tqanqila fiżika tal-qalb waqt l-isport, iva. Iżda Balzan jintervjeni proprju hawn, biex ifassal mit-tferfir sportiv tal-qalb allegorija ta’ ħajtu u aktar minn hekk, inissel minn dan it-taħbit relazzjoni qariba mat-twegħir tar-ruħ, wieħed li minnu nnifsu hu kostanti tal-inqas daqs il-pass tal-maratona. Fidi u sport: kultant, il-poeżija ta’ Balzan hi atleta, drabi oħra akrobata. Però, fit-tnejn li huma, din hi poeżija li ssib virtù fil-ħeffa, u spiss tiftaħ spazju ta’ ħsieb kajman qalb il-ħeffa, anzi tikxef il-potenzjal tal-ħeffa bħala spazju jew wisa’ li hu profondament ħassieb.

NORBERT BUGEJA

 

 

RELATED BOOKS

  • Dar-Riħ Malizzjuż

    by John P. Portelli

    €12.00
  • ilsien selvaġġ

    by Jasmine Bajada

    €10.00
  • Aporija mill-ġdid (ἀπορία)

    by Roderick (Rigu) Bovingdon

    €35.00
  • Here Was

    by John P. Portelli

    €12.00
  • Who looks at the Sun anymore?

    by Kenneth Wain

    €30.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Ir-Razzett Minsi Iben il-Quisling Scroll to top