Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Taħt Ħarstek Misterjuża
Carmel G. Cauchi
€12.00
Category: Poems
DESCRIPTION

CARMEL G. CAUCHI twieled Birkirkara fid-29 ta’ Mejju 1944. Studja l-Liċeo u f’St Michael’s College of Education. Għal 33 sena għallem fi skejjel Primarji u fl-1995 laħaq Assistent Kap ta’ Skola. Fl-2005 Irtira bl-età.

Huwa membru attiv fis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) u msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti.

Cauchi huwa kittieb ta’ proża, poeżija u drammi. Ingħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż “Città di Valletta” għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil- “Festival ta’ Drama għall-Iskejjel”.

Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fit-Taqsima tal-Kitba għat-Tfal u Adolexxenti: darbtejn it-tieni post (2002 u 2012) u darbtejn l-ewwel post (2006 u 2011).

Fl-2019 rebaħ l-Ewwel Premju f’Konkors ta’ Proża għall-Anzjani mtella’ mis-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.

Għalkemm hu iktar magħruf fil-qasam tal-kitba għat-tfal, Carmel jikteb ukoll għall-kbar u, f’din il-kategorija, sal-lum ippubblika 17-il ktieb originali. Għat-tfal u adolexxenti huwa ħareġ 47 ktieb oriġinali u 13-il traduzzjoni mill-Ingliż u mit-Taljan.

RELATED BOOKS

  • Meta tasal, tasal

    by John P. Portelli

    €12.00
  • Eternità

    by Paul P. Borg

    €25.00
  • Questo mare Poetica

    by John P. Portelli

    €12.00
  • Xehir fis-Skiet

    by Omar Seguna

    €12.00
  • Imsiebaħ

    by Alfred Degabriele

    €12.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Bint l-Imħabba Miċħuda Rivelazzjoni ta’ Mħabba Divina Ġuljana ta’ Norwich Scroll to top