Fir-Renju tas-Siġar taċ-Ċawsli, Benjaminu, il-ħajjat tal-istejjer, kien isaħħar lil kulħadd bir-rakkonti tiegħu. Ma’ kull biċċa drapp li jmiss, kienet titfassal storja mill-isbaħ u jinħietu ħwejjeġ imnebbħin minn dan is-seħer. Kien iżewweġ stejjer għas-Sinjorina Serafina, jinseġ rakkonti għat-twajba Reġina Mafalda. Iċ-ċkejkna Ċelestina kienet taf l-istejjer tiegħu bl-amment.
Iżda għall-Prinċep Fawstinu ma kellux aktar stejjer ta’ gwerer u battalji. Il-Prinċep irrabja bl-ikrah, u l-imsejken Benjaminu spiċċa għall-frisk, maqful f’ċella umduża fil-palazz irjali jħares lejn l-istilel … sakemm darba, mhux mistenni, xi ħadd ried jgħinu …
Rita Saliba hija l-awtriċi ta’ tliet kotba oħra fis-sensiela “Il-Ktieb Dejjem Ħabib”, serje ta’ kotba għat-tfal minn Horizons. Dawn huma: Weraq tal-Fidda, In-Naffar li Xtaq Itir u Il-Buffu l-Mistħi.