L-avventuri ta’ Patatinu jkomplu fuq ir-razzett ta’ Ġanni. Xi trid Leda mingħand Patatinu? U l-ħmara l-ġdida għal min hi? X’jiġrilu Patatinu meta jiltaqa’ mal-ġirien ġodda? Tgħid ikunu jridu jagħmlu ħbieb miegħu? X’kien qed jagħmel Xwejku barra matul il-ġurnata? Mhux suppost li mar jorqod? Min hi Adalja? U Pizu x’mar jagħmel fir-razzett ta’ Ġanni? Min huma l-kaċċamuti? U x’inhu xogħolhom? U meta jiġi Vincenzo delGlobo, għala jaħseb li ħa żball fid-deċiżjoni tiegħu? Tares jagħmel waħda minn tiegħu u Rożina toħroġ għalih bil-kuċċarun tal-injam. Tgħid għala? U min hu Stellinu? X’kien qed jagħmel fir-razzett? U kif daħal? Tgħid Kola jżommha kelmtu? U Ġakki kif ser joħroġ lil Patatinu, Dolly u Karrottinu minn bawxata? Kollox jispiċċa b’wiċċ il-ġid? Dan kollu u ħafna aktar stejjer fit-tieni ktieb ta’ stejjer dwar Patatinu.