Tħejjija • Twettiq • Tgħarbi
Dan il-ktieb jagħti ħarsa strutturata lejn l-istadji ewlenin taċ-ċiklu tat-tagħlim: it-tħejjija, it-twettiq, u t-tgħarbil ta’ din l-esperjenza.
Kull kapitlu jiffoka l-attenzjoni fuq qasam dejjaq tal-esperjenza tat-tagħlim billi: jippreżenta u jfisser b’mod sempliċi t-termini ewlenin, jesplora l-argumenti differenti, u jipproponi għadd ta’ possibbiltajiet pedagoġiċi mnejn l-għalliema jistgħu jagħżlu. Il-formoli f’dan il-ktieb tfasslu biex jiggwidaw il-ħsieb kritiku u kreattiv tal-għalliema.
L-esperjenza edukattiva tal-istudenti tkun waħda pożittiva skont kemm l-għalliema jagħrfu jinsġu flimkien komponenti differenti taċ-ċiklu tat-tagħlim.
Terence Portelli hu senior lecturer fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, l-Università ta’ Malta