DESCRIPTION
Ħafna Maltin jargumentaw li x-xabla ta’ La Valette għandha tinġieb lura mil-Louvre … imma persuna waħda tridha lura akkost ta’ kollox….
Fis-sena 1798, Napuljun seraq minn Malta bosta teżori imprezzabbli. Fosthom kien hemm ix-xabla u l-istallett mogħtijin mir-Re Filippu II ta’ Spanja lill-Gran Mastru La Valette. Ix-xabla baqgħet tinżamm għall-wiri fil-mużew famuż tal-Louvre … sakemm jinħema komplott biex tinġieb lura Malta. Min ikun wara dan kollu? Jirnexxilhom iġibuha lura u, fuq kollox, tibqa’ hawn?