DESCRIPTION
Żita kienet għadha kif temmet l-eżamijiet. Minkejja
li missierha riedha tgħaddi s-sajf taħdem miegħu,
it-tfajla kellha pjan ieħor – li ma tagħmel xejn.
Imma meta darba telqet bir-rota ma’ seħbitha
lejn il-baħar, bit-tama li tilmaħ il-balena tant
popolari fuq il-mezzi soċjali … ġara dak li
Żita qatt ma ħolmot li seta’ jiġri.
Ġganti“Avventura li tkaxkrek magħha u tħallik fuq ix-xatt
tal-gżira tal-ġganti b’qalbek ittaqtaq.
Waħda mill-isbaħ stejjer li qrajt f’dawn l-aħħar snin.”
Trevor Żahra