Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Taħt is-Swar tal-Imdina
Lina Brockdorff
Category: Novels
DESCRIPTION

Monica u Sylvia kienu tewmin ta’ sittax-il sena, tfajliet serji li jinħabbu sew bejniethom. Qed jistudjaw għax waslu l-eżamijiet tal-Livell Ordinarju. B’danakollu, filgħaxija ommhon kienet tħallihom jieqfu mill-istudju biex imorru dawra ta’ siegħa fi Ġnien Howard, ir-Rabat, sewwasew quddiem darhom. It-tfajliet dritt kienu jerħulha lejn iċ-ċint li jagħti għall-foss ta’ taħt is-swar, għax dejjem kien ikun hemm klikka ġuvintur jilagħbu l-ballun. Darba, Monica b’ċajta staqsiet ’l oħtha liema minn dawk il-ġuvnotti kien il-favorit tagħha, b’wegħda li hi wkoll tiżvela min kien dak li l-aktar jogħġobha. Sylvia mill-ewwel tiddikjara li tiffansja lil Pawlu. Monica mmutat għax inzerta kien il-favorit tagħha wkoll. B’danakollu, biex ma tweġġax lil oħtha, tivvinta li l-aktar li jolqotha kien ieħor. Wara l-eżamijiet, Sylvia bdiet tinnamra ma’ Pawlu filwaqt li Monica, qalbha maqsuma, tilfet it-tama u ddeċidiet li tidħol soru. Għamlet l-ewwel voti. Tgħid dawn il-voti u l-ħitan għoljin tal-kunvent kienu biżżejjed biex iberrdulha mħabbitha lejn Pawlu?

RELATED BOOKS

  • Mur Ġibek

    by Irene Chias

    €15.00
  • Difrejn il-Falkun

    by Richard Attard

  • altMa

    by Stephen Lughermo

    €13.00
  • Għall-Imħabba ta’ Prostituta – Vol 2

    by Michael Cini

    €15.00
  • Esperjenza Unika, Sabrina

    by Jacqueline Mizzi

    €10.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Dwett Għal Żewġ Vjolini ’Il Barra mill-Isqaq Scroll to top