YOUR CART:
0 Items - €0.00Shopping Cart
Paulo Freire (1921-1997) kien wieħed mill-ewwel ħassieba ta’ statura internazzjonali fil-qasam edukattiv li fehem u kiteb dwar ir-relazzjoni bejn l-edukazzjoni, il-politika, il-kolonjaliżmu u l-liberazzjoni.
Freire kien konvint li l-edukazzjoni hija politika daqskemm Alla li emmen fih mhuwiex newtrali. Għal Freire, li nirkupraw l-utopija huwa att etiku fundamentali. Mingħajr tagħlim, il-bżonn ontoloġiku tat-tama jinbidel f’disprament u fataliżmu paralizzanti, fejn dawk li huma l-aktar vulnerabbli jaċċettaw bħala fenomenu naturali li x-xemx ma titlax għal kulħadd.
Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed