Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Le Poète Mario Azzopardi
Andrew Sciberras, Tarċisju Zarb
€15.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

Mario Azzopardi (t.1944), poeta, għalliem u direttur tal-palk, huwa leħen idjosinkratiku fil-vuċijiet poetiċi ta’ art twelidna. Il-poeżija tiegħu titkellem tgħajjat, daqskemm hija siekta fl-intimitajiet tal-ispirtu. Hemm ċans li l-voċiferità tinħass aktar qawwija għal dawk (forsi) li ma jaqrawx lill-poeta u ma jiddixxernux huma wkoll l-univers bla tarf tal-poeżija, li fiha huwa jimraħ b’saħħa, ħila u enerġija unika. Il-mistiċità ta’ vrusu, mibnija skont metapoeżija personali u unika fil-pajsaġġ poetiku Malti, tagħti leħen lis-siktiet jgħajtu tar-ruħ li, lil hinn mill-platealità tal-ħajja, għaddejjin il-ħin kollu jibnu l-vuċijiet jgħajtu ta’ ruħu. Qarrej li jagħraf jidħol huwa wkoll f’dal-pajsaġġ mistiku tar-ruħ, għandu ċ-ċans li jara jitwettqu quddiemu seħħiet li, għalkemm ma jidhrux bl-għajnejn fiżiċi tagħna, jirnexxilu jimraħ f’wesgħat bla tmiem. Id-dieq qiegħed hemm. L-angst qiegħed hemm. It-tbatija mentali qiegħda hemm. Imma x-xatt tas-salvazzjoni, fit-tarf tan-naħa l-oħra tal-għadira, qiegħed hemm ukoll.

RELATED BOOKS

  • Goal Volume 5

    by Carmel Baldacchino

  • Colonial Encounters

    by John Chircop

  • Bejn Storja u Miti – Marie-Louise Coleiro Preca

    by Sergio Grech

    €35.00
  • Beyond Walls

    by

    €40.00
  • Passport To Vice

    by Matthew Vella

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
L-Edukazzjoni Hi Politika: Paulo Freire Bil-Kliem Żvinat Ġo Ħoġri – Esperjenza tal-Misteru fil-Poeżija ta’... Scroll to top