Il-gżira u kolonja Ingliża tinstab f’xifer il-gwerra.
Bl-Italja Faxxista mistennija tissieħeb ma’ Hitler, it-Taljani li kienu joqogħdu Malta flimkien mas-simpatizzanti magħhom bdew jinġabru mill-Pulizija, deportati jew internati.
It-tfajjel Temistokles DeBono jara d-dinja tiegħu tiġġarraf quddiem għajnejh: missieru arrestat u, mixli b’kollaborazzjoni mal-għadu u mgħoddi bħala quisling; il-familja tiegħu mżebilħa u kostretta tħalli darha u tinfired; il-belt fejn trabba titfarrak taħt il-bombi tal-għadu.
Imġiegħel ifittex kenn fil-gżira ta’ Għawdex, it-tfajjel isib ruħu f’bejta ta’ spiji Faxxisti u l-kumplott tagħhom biex jgħinu lil Mussolini jaħtaf lil Malta taħt idejh. Bl-għajnuna ta’ refuġjat tamparu u ta’ diżertur maħrub mill-qilla tal-gwerra, Temistokles jintebaħ li l-għadu jinstab eqreb milli wieħed kien jaħseb … u li qabel seta’ jeħles lil missieru, l-ewwel ħtieġlu jsalva lil art twelidu.