Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Iben il-Quisling
Ben Agius
€13.00
Category: Rumanzi
DESCRIPTION

Il-gżira u kolonja Ingliża tinstab f’xifer il-gwerra.

Bl-Italja Faxxista mistennija tissieħeb ma’ Hitler, it-Taljani li kienu joqogħdu Malta flimkien mas-simpatizzanti magħhom bdew jinġabru mill-Pulizija, deportati jew internati.

It-tfajjel Temistokles DeBono jara d-dinja tiegħu tiġġarraf quddiem għajnejh: missieru arrestat u, mixli b’kollaborazzjoni mal-għadu u mgħoddi bħala quisling; il-familja tiegħu mżebilħa u kostretta tħalli darha u tinfired; il-belt fejn trabba titfarrak taħt il-bombi tal-għadu.

Imġiegħel ifittex kenn fil-gżira ta’ Għawdex, it-tfajjel isib ruħu f’bejta ta’ spiji Faxxisti u l-kumplott tagħhom biex jgħinu lil Mussolini jaħtaf lil Malta taħt idejh. Bl-għajnuna ta’ refuġjat tamparu u ta’ diżertur maħrub mill-qilla tal-gwerra, Temistokles jintebaħ li l-għadu jinstab eqreb milli wieħed kien jaħseb … u li qabel seta’ jeħles lil missieru, l-ewwel ħtieġlu jsalva lil art twelidu.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Meta ssibni waħdi Lejl fit-Teatru Scroll to top