Xi jsib il-qarrej f’dan ir-rumanz
Il-ġibda innoċenti tat-tfulija
Ir-realtà fid-diżappunt fl-adolexxenza
Il-vjolenza domestika u l-abbuż fuq minorenni
L-imħabba romantika żagħżugħa
It-tfittxija għal identità reali
Il-ġibda stramba bejn Christine u d-daqqaq tal-vjolin
Is-sbuħija fil-milja taż-żgħożija
X’qalu xi kritiċi dwar ir-rumanz:
B’kitba mexxejja Sammut ippreżenta lill-qarrej rakkont ibbażat
fuq il-ħajja mgħaġġla tagħna ta’ kuljum.
Diane Giordmaina – Librara
Salv Sammut huwa wkoll poeta ta’ stoffa, jibni bosta mir-rumanzi
tiegħu fuq sfond poetiku, li jżid isebbaħ il-ġrajjiet li joħloq.
Alfred Palma – Poeta, Rumanzier u Traduttur
Dan ir-rumanz partikolari jissimbolizza realtà fejn l-awtur iħalli
l-mużika titkellem u permezz tal-karba tal-vjolin u d-daqqaq tiegħu
jinseġ storja ta’ intriċċi.
Marica Cassar – Attriċi u Drama Therapist
L-istorja ta’ Sammut tikber u takkwista dimensjoni usa’ biex wara ħafna inċertezzi, it-trufijiet differenti jibdew jagħmlu sens u kollox isib postu.
Parick Sammut – Poeta u Kritiku Letterarju