Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
40 SENA TA’ WAĦX … U AKTAR
Anton Grasso
€15.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

Ġabra ta’ kitbiet ta’ awturi diversi,
Stejjer u Poeżiji ta’ Anton Grasso magħżula minn Joe Cassar

B’għażla ta’ ritratti minn Annette Apap

 

Anton Grasso… essenzjalment għal min irid jaqra xogħlijietu għall-ewwel darba jew għal min mexa tul l-erbgħin sena tal-karriera tal-pubblikazzjonijiet tiegħu.

Awtur li kisser tradizzjoni antika, willed kważi twemmin metaforiku f’dinja ta’ elokwenza u passività – isaħħar mijiet ta’ qarrejja, daqstant ieħor idarras oħrajn.  Awtur li ħoloq kult fin-narrattiva tal-biża’, u ispirazzjoni għal awturi żgħażagħ, iwassal ġieħ lil ismu minn awturi barranin ta’ fama internazzjonali, li qaleb u ppubblika xogħolhom f’Malta.

Anton Grasso… 40 sena ta’ waħx u aktar hu mera intrinsika fir-ruħ u l-qalb ta’ wieħed mill-aktar awturi prolifiċi ta’ żmienna, kontroversjali daqskemm enigmatiku, sensittiv daqskemm beżżiegħ, awtur li jdellel kitbietu fl-abbiss tal-misteru.

Għall-ewwel darba għażla ta’ kitbiet minn awturi diversi dwaru, għażla ta’ stejjer u poeżiji magħżula minn Joe Cassar, ġurnalist u ammiratur ta’ xogħlijietu, u ritratti magħżula minn Annette Apap, it-tfajla li qattgħet (jew ħliet) aktar min-nofs ħajjitha miegħu,
uħud minnhom ippubblikati għall-ewwel darba.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Nimbotta ‘l Quddiem bħal ħmar … Uliedna Rigal Scroll to top