Wara snin josserva dak kollu li ra jseħħ quddiemu fl-Addolorata, u wara li ħa nota ta’ dan kollu, il-kittieb uża l-immaġinazzjoni u l-kreattività tiegħu biex jibni storja mdawra mal-karattru ferrieħi u ċajtier ta’ Natal Felice, wieħed mid-deffiena tal-Addolorata. Natal Felice u Ġnien il-Mistrieħ ilaqqgħek ma’ stejjer komiċi li jitħalltu wkoll ma’ ħsibijiet u riflessjonijiet profondi dwar il-ħajja, il-mewt u lil hinn minnha. Sadanittant, ilaqqgħek ukoll ma’ numru ta’ karattri, iwassallek ftit tagħrif storiku dwar dan il-post, u fuq kollox ilewwen il-ġrajja ta’ dan il-post sagru. Fost il-protagonisti li se tiltaqa’ magħhom insibu d-deffien, il-kennies, l-ispettur sanitarju, il-marmista, il-watchman, il-patri, tal-fjuri, il-fra, kif ukoll in-namrati. Żgur li wara li taqra dan ix-xogħol se jkollok perspettiva oħra u differenti ta’ Santa Marija Addolorata! Għalik il-kanċell miftuħ! L-istedina saritlek! Tista’ tgħaddi u tidħol.