Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Bejn Storja u Miti – L-Avukat Herbert Ganado
Sergio Grech
€25.00

Out of stock

Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

L-artiklu “Dħalna Madrid”, ippubblikat f’Leħen is-Sewwa fl-eqqel tal-Gwerra Ċivili Spanjola, li bla tlaqliq kien forċina għall-Generalissimo Franco, jista’ sa ċertu punt jitqies il-magħmudija tan-nar ta’ Herbert Ganado fuq il-pjattaforma Maltija; pjattaforma li kienet iddominata mill-kolonjaliżmu mġewwaħ li wara t-Tieni Gwerra induna li l-istruttura li kien ħoloq bdiet tixxaqqaq minn diversi bnadi u diversi membri tal-‘familja’ bdew imorru għall-indipendenza. Kien artiklu li l-avversarji tiegħu baqgħu jużaw kontrih matul ħajtu u jsemmuh anki llum wara mewtu.

Dan il-volum fost l-oħrajn jirxoxta mistoqsijiet kruċjali li bosta drabi tħallew taħt it-tapit. Kif seta’ Herbert Ganado, vittma tal-kolonjaliżmu Ingliż li internah lejn l-Uganda u firdu minn martu u l-għeżież uliedu, ma jisseħibx ma’ Mintoff u Borg Olivier fil-ġlieda għall-Indipendenza? Eżattament x’kienet il-firda fil-Partit Nazzjonalista? U kif twieled il-Partit Demokratiku Nazzjonalista tal-Avukat Ganado?

It-tielet volum Bejn Storja u Miti jkompli jaqta’ l-għatx lil min irid jaf ġrajjet pajjiżu.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Bejn Storja u Miti – Fr Hilary Tagliaferro Bejn Storja u Miti – Monsinjur Victor Grech Scroll to top