X’qed jinkwetah u għaliex il-passat ibeżżgħu lill-kappillan?
X’ġara minn Kate wara li ħarġet tqila u ħarbet lejn l-Awstralja? U x’kienet lesta tagħmel biex issalva l-familja?
Marta u Luke hemm futur għalihom flimkien?
Għaliex Dun Anton jintbagħat il-missjoni fl-Afrika?
Ix-xitan jaf idaħħal denbu, u kif!
Ġrajja mistura, fejn tispikka l-imħabba, il-mibegħda, u l-maħfra, ta’ tliet familji li jsibu ruħhom f’intriċċi mhux mistennija.
~
Meta tibda taqra l-istorja, jgħaddilek il-ħsieb li din hi waħda minn xi sensiela li kiteb Cardona tul is-snin, għax miktuba b’sengħa, kompożizzjoni u trama ta’ veteran. Wara wieħed jiskopri li dan huwa l-ewwel xogħol tiegħu, u l-istorja tant tiġbdek lejha li diffiċli tieqaf taqra jekk mhux għax tkun wasalt fit-tmiem. Iżda wkoll fit-tmiem, il-kittieb jibqa’ jinvolvi lill-qarrej sal-aħħar vrus, u jħallina b’sens ta’ paċi u nostalġija għal dak kollu li għaddew minnu l-personaġġi ta’ din l-istorja.
John Demanuele, xandar