Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Dwal mill-Kantini
Joe Camilleri
€12.00
Category: Short Stories, Trending
DESCRIPTION

 

X’weġgħat jitilgħu mid-dlam tal-kantini ta’ ruħ
il-bniedem?

Mill-ispralli tal-għeluq jaf jixref ukoll id-dawl ta’ emozzjonijiet sbieħ u ta’ valuri nobbli…

… Uħud min-novelli jeħduna fi vjaġġ f’waqtiet ta’ insigurtà li ġabet il-Covid-19. Tiġrib li neżża’ bnedmin mil-libsa umana tagħhom. Qajmilhom il-karba
tal-imgħoddi. Lil oħrajn ressaqhom lejn għaqda intima.

Xi rakkonti jperrċu x-xenqa għal imħabba mitlufa. Ma’ karattru nistħarrġu l-kunflitt bejn żewġ ġibdiet. F’moħħ poetiku tgħaxxaqna s-sensittività lejn is-seħer tal-ambjent naturali. Niltaqgħu ma’ bniedem li joffri kwadretti ta’ kultura li għabet. F’ieħor, is-suspetti u l-preġudizzju jħarbtulu s-sliem u jwasslu għal soluzzjoni traġika. Nimxu fid-dell tal-mara li ġġorr il-weġgħa ta’ ilsna li jċarrtu u ta’ mħuħ li ma jagħrfux jintebħu. Żagħżugħa oħra mifxula f’estremitajiet psikoloġiċi ġġarrab vjolenza domestika. Insegwu anki r-rieda ta’ mara li ma tibżax terfa’ rasha bi kburija.

F’dawn l-istejjer nimirħu f’ambjenti lokali. Ma’ nies tad-demm u l-laħam.

RELATED BOOKS

  • In-Natura Tibki

    by In-Natura Tibki

    €14.00
  • Bejn Storja u Miti: L-Imħallef Giovanni Bonello

    by Bejn Storja u Miti: L-Imħallef Giovanni Bonello

    €28.00
  • Il-Ħalfa tad-Destin

    by Il-Ħalfa tad-Destin

    €13.00
  • Ir-Raġel B’Żewgt Uċuħ

    by Ir-Raġel B’Żewgt Uċuħ

    €12.00
  • Mur Ġibek

    by Mur Ġibek

    €15.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Lejl fit-Teatru Jifridna biss is-Skiet Scroll to top