Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Sale!
Emma, il-Qamar u l-Fjuri Jitkellmu
Victor Fenech
€10.00 €5.00
Category: Children
DESCRIPTION

Mela darba waħda – għax l-istejjer għat-tfal iż-żgħar kważi dejjem hekk jibdew, b’”darba waħda” – kien hemm tifla ta’ erba’ snin jisimha Emma.

Din Emma kienet tifla fuq ruħha u dejjem ferħana. Filgħaxija kienet tħobb tara l-cartoons, u għalhekk ma kenitx tkun trid tmur torqod. Idoqqu d-disgħa, u hi tibqa’ quddiem it-televixin. Imma l-mamà tagħha, bl-għajnuna tal-qamar, fl-aħħar sabet mezz kif tħajjarha tidħol fis-sodda!

Emma kienet ukoll tħobb in-natura. Ta’ kuljum kienet tmur tħares lejn il-fjuri fil-ġnejna tad-dar tagħhom. Tant kienet tħobbhom li kienet toqgħod titkellem magħhom. U darba minnhom kellmuha lura!

“Ihi,” nistħajjilkom tgħidu, “mela l-fjuri jitkellmu?” Ħeqq, staqsu lil Emma. Hekk qalet … Anki Dixie, il-kelb ċkejken li kien dejjem jiġri magħha, baqa’ skantat!

Dan huwa t-tieni ktieb ta’ Victor Fenech f’din is-sensiela ta’ kotba għat-tfal iż-żgħar maħruġin minn Horizons. L-ewwel wieħed kien Luke u r-Rigal ta’ Santa Klaws.

RELATED BOOKS

  • Għeluq Snin Toninu

    by Beppe Caruana

    €2.50 €2.00
  • Ġisku – Ħbieb Ġodda

    by Joseph Feriggi

    €10.00 €6.00
  • Vjaġġ Bil-Ballun

    by Carmel Busuttil, Maria Borg Cremona

    €6.00 €4.00
  • Is-Sħaba l-Imqarba fl-Għid il-Kbir

    by Maria Attard

    €12.00 €10.00
  • Il-Kantina tas-Sigrieti

    by Matias Mizzi

    €5.00 €3.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Patatinu, il-Ħmar ta’ Qalbu Tajba L-Ingwanti Maġiċi Scroll to top