Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Frekwenzi Ħiemda
Justin Schembri, Tyrone Grima
€12.00
Category: Short Stories
DESCRIPTION

Is-serje Frekwenzi hija msejsa fuq il-ġabra ta’ novelli bl-istess isem, ippubblikata f’Novembru 2012. Din is-serje tindirizza stejjer ta’ sesswalità u ta’ mħabba li nħbew taħt it-tapit minħabba l-fatt li s-soċjetà ġieli tiddarras tisma’ u tara ċerti realtajiet. Għalhekk din is-serje hi indirzzata lil kull min hu miftuħ li jisma’ dawn l-istejjer, bit-twemmin li l-poplu Malti mmatura u hu iktar miftuħ minn qatt qabel għal possibiltajiet alternattvi. L-iskop hu li titqanqal kuxjenza, speċjalment fejn jidħlu temi relatati ma’ aspetti ta’ minoranzi fis-soċjetà Maltija, bħal pereżemplju, il-komunità gay jew dawk kollha li jbatu minn xi forma ta’ emarġinazzjoni. Ġeneralment dawn huma  frekwenzi ħiemda jew imsikkta, u ġeneralment imċaħħda mill-espożizzjoni li tixirqilhom. L-għajta tal-imħabba mċaħħda, mixtieqa u abbużata, tiddomina fit-tnax-il episodju li jippreżentaw karattri u qagħdiet li llum donnhom saru l-ħajja ta’ kuljum. F’kull karattru hemm weġgħa, hemm karba, hemm kelma li trid tingħad u tinstema’, hemm l-umanità oppressa quddiem soċjetà tant progressiva li għadha ma fehmitx li l-progress imur lil hinn mill-gidba teknoloġika, imma li l-progress huwa l-aċċettazzjoni tal-umanità fis-sens ħolistiku, din l-umanità li ġġarrab, u għax iġġarrab trid widen.

RELATED BOOKS

  • Inkontri ta’ Kuljum

    by John P. Portelli

    €14.00
  • Dwal mill-Kantini

    by Joe Camilleri

    €12.00
  • Mademoiselle Perle u aktar

    by Guy de Maupassant, Toni Aquilina

    €13.00
  • Weġgħat Stejjer mill-Ħajja tal-Lum

    by Paul P. Borg

    €14.00
  • Qabel Tbaxxi d-Dawl

    by Lina Brockdorff

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Satin Mademoiselle Perle u aktar Scroll to top