Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Ġisku
Joseph Feriggi
€10.00

Out of stock

Category: Tfal
DESCRIPTION

L-ewwel darba li Ġisku daħal fil-bitħa tar-razzett ħassu mistħi u kien mimli biża’. Ma kienx jaf x’se jagħmel, u kellha tkun Brożi li għenitu jsib saqajh hemm ġew. Fiha sab it-tieni omm u l-ewwel għalliema tiegħu. U hi ħallietu jikber billi mxiet miegħu pass pass fil-ħajja ġdida fir-razzett.

X’kienu se joffrulu l-ħbieb il-ġodda? Ix-xewqa tiegħu kienet li jaċċettawh kif inhu, imma mhux kulħadd kien lest biex jagħmel dan.   Madankollu, Ġisku xorta waħda baqa’ jħares lejn sħabu kif ukoll lejn il-ħajja tiegħu bi tbissima, saħansitra meta kollox kien kontra.

Iktar ma beda jikber, iktar beda jinduna li l-bitħa bdiet tiċkien. U xtaq li jkun jaf iktar x’toffri d-dinja lil hinn mill-bitħa. Imma tgħid kellu jagħmel hekk waħdu, jew jafda fi Brożi? U għaliex il-familja tal-ikbar ħabib tiegħu, Ġużeppi, kienu jagħtuha daqshekk importanza lill-festa tal-Imnarja? U min kien Nenu? Għaliex kien dejjem fommu sieket?

Bil-mod il-mod il-ħajja bdiet tgħin lil Ġisku jifhem dawn il-mistoqsijiet u jirbaħ id-diffikultajiet li kellu quddiemu. U flimkien ma’ Ġużeppi għadda minn esperjenzi li qatt ma stenna, imma li għenuh jikber u jsir iktar matur.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
L-Istorja ta’ Ferdinando Ċisju Scroll to top