Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
GOAL Volume 3
Carmel Baldacchino
€25.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

It-tielet volum tax-xogħol tal-istoriku tal-futbol Malti, Karmenu Baldacchino, ikopri l-perijodu bejn l-1936 u l-1949. Dan ix-xogħol huwa meqjus mill-MFA bħala l-istorja uffiċjali tagħha. Dan il-volum janalizza fid-dettall il-perijodu ta’ qabel il-gwerra, żmien il-gwerra u l-erbgħinijiet. It-Tieni Gwerra Dinjija interrompiet wieħed mill-aqwa perijodi fl-istorja tal-futbol Malti. Is-snin 1936-1939 kienu snin ta’ abbundanza. Dan kien perijodu fejn ħafna plejers famużi ħarbu minn pajjiżhom u fittxew kenn mill-persekuzzjoni f’pajjiżna. Għalhekk il-livell tal-futbol Malti għola ħafna u l-pubbliku rrisponda billi mar l-Istadium bl-eluf kbar.

Iżda s-sitwazzjoni nbidlet meta l-Italja daħlet fil-gwerra kontra l-Ingilterra. Il-logħob kompetittiv waqaf imma, minkejja kollox, il-logħba ma waqfitx għalkollox. Grazzi għas-Sur Carmelo Scicluna tal-Istadium, il-futbol baqa’ għaddej anki jekk fuq livell ħafna inqas.

L-ewwel snin ta’ wara l-gwerra ġabu magħhom bidla kbira fil-ħajja tal-Maltin. Bil-mod il-mod l-affarijiet bdew ġejjien għan-normal u l-pajjiż qabad it-triq li fl-aħħar kellha twasslu għall-Indipendenza.

Is-snin erbgħin kienu snin mill-aqwa fl-istorja tal-futbol Malti. F’qasir żmien reġgħet ħadet il-pika bejn ir-rivali l-antiki: Valletta, Ħamrun, Sliema u Floriana.

F’dan il-volum l-awtur jirnexxilu jaqbad ħafna minn dawk l-episodji sbieħ li żgur iġeddu l-memorji ta’ dawk li jiftakru dak iż-żmien glorjuż.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Goal Volume 4 A Bilingual Dictionary of Translation Part 1 – Part 2 – Part 3 – Part... Scroll to top