Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Godfrey Pirotta Il-Politika ta’ Ħajti
Mario Thomas Vassallo
€26.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Lil Godfrey Pirotta jafuh ħafna nies. Professur tax-xjenza politika. Għalliem u ħassieb. Riċerkatur, storiku u kittieb. Ambaxxatur u attivist soċjali. Promotur tat-trejdunjoniżmu u l-koperattivi. Ħabrieki fil-volontarjat. Benefattur ta’ eluf ta’ studenti. Persuna li tħobb il-ħajja u tħobb in-nies. L-istorja ta’ ħajtu mhux biss hija mimlija, interessanti u mlewna, imma hija wkoll għajn ta’ ispirazzjoni għall-kotra. Ħajjet Godfrey hija rilevanti għax tħeġġeġ favur dak kollu li tabilħaqq jgħodd u li jagħti sens lill-ħajja, waqt li tbarri l-artifiċjalità li tintossika l-valuri universali u awtentiċi.

Metodoloġikament dan ix-xogħol ma jistrieħx fuq ordni kronoloġika kif normalment huma mfassla l-bijografiji, imma huwa minsuġ fuq ordni tematika. It-temi joħorġu minn tnax-il virtù li fuqhom bena ħajtu l-protagonist tagħna. Il-biża’ u l-kuraġġ. Twemminu. Is-sens ta’ indipendenza. Il-ħtieġa tas-sempliċità. Il-fiduċja fin-nies. Il-pilastru tal-ġustizzja. L-għażla favur il-lealtà. L-impenn tiegħu fis-soċjetà. It-togħma ġentili tal-umoriżmu. L-għatx klubi għat-tagħlim. It-tfittxija għall-verità. L-imħabba għall-ħajja. Ilkoll huma valuri b’saħħithom u profondi; ilkoll imnisslin minn dak li hu tajjeb, pożittiv u sabiħ.

Aktar milli jiftaħ tieqa fuq it-traġitti ta’ ħajjet Godfrey Pirotta, dan il-ktieb iżjed ibexxaq ventilatur fuq id-dinamika ta’ moħħu. Il-filosofija u l-ideoloġija tiegħu huma mgħarbla minn għemilu u d-deċiżjonijiet li ħa fuq medda ta’ sebgħin sena. Kif jaħsibha fuq is-soċjetà? X’inhu għalih il-poter? Għaliex tħabbeb mal-politika? Liema ideali jħaddan u kif laħħamhom fl-għażliet li għamel? X’inhi l-imħabba għalih u kif ipprova jifhem il-verità? Dan huwa xogħol ta’ xjenza politika daqskemm huwa letteratura bijografika. It-tnax-il kapitlu tal-ktieb jesponu l-manifest li fuqu Godfrey fassal u wettaq il-politika ta’ ħajtu.

RELATED BOOKS

  • Achille Mizzi – Il-Werriet u s-Suċċessur Denn ta’ Dun Karm

    by Achille Mizzi – Il-Werriet u s-Suċċessur Denn ta’ Dun Karm

    €13.00
  • More Sunday Thoughts on Art

    by More Sunday Thoughts on Art

    €12.00
  • The Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2015

    by The Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2015

    €40.00
  • Passport To Vice

    by Passport To Vice

    €15.00
  • Bil-Kliem Żvinat Ġo Ħoġri – Esperjenza tal-Misteru fil-Poeżija ta’ Joe P. Galea

    by Bil-Kliem Żvinat Ġo Ħoġri – Esperjenza tal-Misteru fil-Poeżija ta’ Joe P. Galea

    €14.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Noti Blu The Other face A Novel by Ġorġ Peresso Scroll to top