Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Id-Dfin f’Malta
Eman Bonnici
€35.00

Out of stock

Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

“Il-mewt kienet l-ewwel misteru. Qiegħdet lill-bniedem fuq it-triq tal-misteri. Elevat il-ħsieb tiegħu mill-viżibbli għall-inviżibbli, mit-transitorju għall-etern, mill-uman għad-divin.” Sa mill-ewwel żminijiet, il-mewt kienet iċ-ċentru ta’ tradizzjonijiet diversi, u kull pajjiż għandu kultura għalih mhux biss ta’ kif iħares lejha u dak li hemm warajha imma wkoll ta’ kif jiddisponi mill-ġisem mejjet tal-individwu.

Bil-preżenza umana fil-Gżejjer Maltin tmur lura sa mill-ibgħad sekli, minn ċiviltà għal oħra, minn ġens għal ieħor, minn denominazzjoni għal oħra, it-terminu tad-dfin żviluppa skont l-użanzi, it-twemmin u l-ħsibijiet ta’ missirijietna. Dan il-ktieb, imqassam f’ordni alfabetika skont l-ismijiet tal-bliet u l-irħula tal-pajjiż, ser jeħodna mixja li matulha niffurmaw katina, mill-oriġini sal-prattiċi preżenti tad-dfin f’Malta, miżgħuda rakkonti u ġrajjiet ftit li xejn magħrufa, tant li ħafna minnhom qegħdin jaraw id-dawl għall-ewwel darba. Dan is-suġġett ftit li xejn, aktarx, ġie studjat kif jixraq, forsi għax minkejja li l-mewt tifforma parti mill-istess ħajja, kulħadd b’xi mod, anki jekk jaf li għalxejn, jipprova jaħrabha.

Madankollu, imqar il-mewt u d-dispożizzjoni tal-iġsma jiffurmaw parti mill-wirt storiku ta’ dan il-pajjiż, ċkejken fid-daqs imma għani bil-kbir fl-oqsma storiċi u kulturali tiegħu. U huwa appuntu għalhekk li sar dan l-istudju, f’tentattiv li dak li waslilna mhux biss ma jintilifx imma jiġi wkoll apprezzat.

RELATED BOOKS

  • Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija

    by Charles Briffa

    €40.00
  • Shostakovich, Britten, Stravinsky and the Painters in between: 1936

    by Giuseppe Schembri Bonaci

    €15.00
  • 40 SENA TA’ WAĦX … U AKTAR

    by Anton Grasso

    €15.00
  • Bejn Storja u Miti – L-Avukat Eddie Fenech Adami

    by Sergio Grech

    €35.00
  • Vinea CarmeliCarmelite Priores and their churches in Malta

    by Charlò Camilleri, Glen Attard, Rita Vella Brincat

    €36.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Mystic Artist A study of Anthony Mahoney’s works 1968-2017 Cor ad Cor Loquitur Qalb tkellem lill-Qalb 2/I u 2/II Scroll to top