Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Nimbotta ‘l Quddiem bħal ħmar …
Kardinal Roger Etchegaray
€15.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Meta kien ippubblikat għall-ewwel darba fi Franza, dan il-ktieb qajjem interess kbir: ma damux ma nbiegħu mal-50,000 kopja, bit-test tradott b’diversi lingwi. Ma kienx l-ewwel ktieb tal-Kardinal Roger Etchegaray, dik il-ħabta Arċisqof ta’ Marsilja, u lanqas l-aħħar. Għaliex mela minn fost il-kotba kollha tiegħu dan hu l-aktar wieħed li kiseb suċċess? F’idejna m’għandniex awtobijografija jew ktieb ta’ storja, xjenza jew teoloġija, iżda ktieb ta’ xhieda. Dawn il-114-il meditazzjoni qosra għandhom jinqraw ftit ftit; m’hemmx għalfejn kollha f’daqqa jew f’xi ordni partikolari.

F’taqsima minnhom Etchegaray jikteb “ittri miftuħa” lil, fost oħrajn, Adam, il-Fariżew mhux magħruf, Ġuda, Galileo Galilei, it-team tal-futbol Olympique ta’ Marsilja u, saħansitra, waħda lilu nnifsu! Fih ukoll talba li ma dehret fl-ebda verżjoni ta’ dan il-ktieb qabel: Talba għall-Papa Franġisku. F’taqsima oħra Etchegaray jagħtina ġabra ta’ talbiet oħra, fosthom waħda biex, bħal ħmar, jirnexxilu jasal sal-aħħar. Il-kumplament tas-suġġetti l-oħra jinkludu ġabra ta’ riflessjonijiet li l-bażi tagħhom tvarja mill-Iskrittura għall-ħajja ordinarja ta’ kuljum.

Hemm frażi fil-ktieb li l-Kardinal iħobb jirrepeti:
“Kunu kuntenti li teżistu!” Tiġbor fiha l-attitudni li dejjem ħaddan Roger Etchegaray f’aktar minn disgħin sena ta’ ħajja: il-joie de vivre. Dan hu ktieb li jgħinna naffrontaw u nħarsu lejn il-ħajja b’lenti ottimista, minkejja l-problemi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.

“Kunu kuntenti li teżistu!” Kelma ta’ Kardinal!

RELATED BOOKS

  • Verġni Sagri, Demonji u Boloh għal Alla – Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2014

    by Verġni Sagri, Demonji u Boloh għal Alla – Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2014

    €25.00
  • L-Esperjenza tat-Tagħlim

    by L-Esperjenza tat-Tagħlim

    €23.00
  • GOAL Volume 7 – The Eighties A Period of Revival (1979-1989)

    by GOAL Volume 7 – The Eighties A Period of Revival (1979-1989)

    €25.00
  • Bejn Storja u Miti – L-Avukat Herbert Ganado

    by Bejn Storja u Miti – L-Avukat Herbert Ganado

    €25.00
  • Studji Estetiċi Letterarji

    by Studji Estetiċi Letterarji

    €10.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Artisti mill-Qrib 40 SENA TA’ WAĦX … U AKTAR Scroll to top