Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Il-Ġrajja Wara l-Kelma
Charles Briffa
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Kull kelma għandha l-ġrajja tagħha, ġrajja li taf tikxef xejriet ta’ moħħ bikri jew ta’ żmienna. Fid-dinja tal-kelma hemm ġid kbir. Fil-ġrajja wara l-kelma (ĠWK) insibu l-imgħoddi Malti ta’ missirijietna (aktar milli l-imgħoddi barrani f’art missirijietna). U nsibu l-preżent ukoll. Għalhekk il-kunċett tal-ĠWK iħaddan xi aspetti tal-storja kulturali ta’ niesna.

Xi siltiet fil-Malti istituzzjonalizzat jipprovokaw kurżità u stagħġib fl-istess ħin.  X’tgħidilna din l-għamla ta’ lingwa fuq il-mentalità ta’ niesna l-antiki? X’tikxfilna fuq il-moħħ tal-antenati tagħna?

Aħna u ngħarrxu f’din il-mentalità (permezz tal-ĠWK) naraw fl-istess waqt kif il-bniedem ibiddel dak li ħaddieħor ħaseb, ħass, emmen, u għamel. Jingħataw spjegazzjonijiet plawsibbli għas-sura tal-ħsieb Malti ta’ missirijietna.

L-għarfien lingwistiku joffri ġrajjiet impressivi ta’ filosofija komuni li lill-antenati tagħna għamlithom umani. Il-ħidma investigattiva ta’ dan il-ktieb tipprova tixħet dawl fuq il-ħsieb u t-tiġrib tal-antenati tagħna li għal sekli sħaħ kienu abbandunati soċjalment, politikament, u edukattivament. Minkejja dan l-abbandun storiku, il-Maltin komuni tal-klassijiet il-baxxi ppriservaw il-mentalità u l-viżjoni tagħhom tal-ħajja fi lsienhom, ilsien dejjem mitkellem qatt miktub, u injorat mill-klassijiet l-għolja u mill-amministrazzjoni. U l-lingwa kif qed tiżviluppa llum ukoll turi l-ħsieb Malti.

RELATED BOOKS

  • Vinea CarmeliCarmelite Priores and their churches in Malta

    by Charlò Camilleri, Glen Attard, Rita Vella Brincat

  • Maqful fil-ħabs ta’ ġbini … il-poeta tat-tbatija, Carmel Attard

    by Paul P. Borg

    €35.00
  • Laudemus Viros Gloriosos Patrijiet Agostinjani li għamlu isem

    by Mark Cauchi, Simon Mercieca

    €35.00
  • Politics in the Gospel

    by Charlò Camilleri

  • Achille Mizzi – Il-Werriet u s-Suċċessur Denn ta’ Dun Karm

    by Andrew Sciberras

    €13.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Ħsiebu Jsuqu Why Do Smart People Make Stupid Mistakes? Scroll to top