… il-metafori ta’ Scicluna joħorġu jbaqbqu sħan bi spontanjetà u immedjatezza li mhi xejn jekk mhix oriġinali.
… is-simboliżmu senswali tiegħu huwa xi minn daqqiet minsuġ f’għanqbuta li toħloq ambigwità jekk dan kollu hux qed iseħħ fid-dinja tar-realtà inkella fid-dinja tal-ħolm.
… fantasmagorija bizzarra ta’ tixbihat waħda wara l-oħra li jħalluk bla nifs.
… jekk tista’ tixli lil Scicluna b’xi ħaġa żgur mhix li huwa nieqes mill-kultura u mill-qari.
… immaġnijiet surrealistiċi bħallikieku qed tara pittura ta’ Salvador Dalì.
… Scicluna qatt mhu poeta superfiċjali.
… is-sejħa poetika tiegħu jgħoddha bħala vokazzjoni li hu jieħu bl-akbar serjetà. B’hekk l-opra tiegħu tinqara bħala djarju spiritwali li ma tantx fih tbissim. Hija aktarx kalvarju mimli tensjoni mentali.
… mimli angst u ansjetà eżistenzjali li jridu jsibu żbokk.
… mhux poeta li taqrah darba u daqshekk … trid tifhmu u tixtarru, mhux biss minħabba ċertu ermetiżmu, speċjalment fejn jittratta esperjenzi personali, reali jew immaġinarji, imma anke minħabba l-kumplessità tal-kanvas enormi li fuqu jpitter.
Achille Mizzi