Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia (1797-1850)
David Agius Muscat
€28.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

Raġel ta’ kultura u qaddej tal-patrija

Għal ħafna, isem il-Kanonku Fortunato Panzavecchia ma jfisser xejn. Imma l-ħidma kontinwa tiegħu kienet ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna kontemporanji. Kien hemm min ikkritikah għax ma qabilx miegħu u għamel minn kollox biex iwaqqgħu; u kien hemm min apprezza fih il-galanterija u l-għerf li għażluh fost il-letterati Maltin tal-ewwel nofs tas-seklu dsatax.

David Agius Muscat ilu ħmistax-il sena jistudja l-mija u erbgħa u erbgħin manuskritt ta’ Panzavecchia li jinsabu fl-Arkivju tal-Katidral, l-Imdina. Dan il-ktieb huwa l-ewwel studju fit-tul fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ dan il-letterat ewlieni u fl-istess ħin minsi.

Agius Muscat għandu M.A. fil-Malti. Huwa lettur anzjan fil-Junior College Ġan Franġisk Abela tal-Università ta’ Malta, u huwa membru fil-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti. Kien Uffiċjal Edukattiv tal-Malti u membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Huwa xandar għadd ta’ studji marbutin mal-istorja tal-ilsien Malti.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Cor ad Cor Loquitur Qalb tkellem lill-Qalb 2/I u 2/II Mikiel Anton Vassalli Scroll to top