Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Imħabba Projbita … U dak li ma Jidhirx!
Michael Cini
€13.00
Category: Novels
DESCRIPTION

Dlam ċappa, u l-kesħa fina tas-soltu.
Inbexxaq kemm kemm għajnejja, u nistenna.
Minkejja li rasi mgħottija bil-friex, it-tektik tal-pendlu
tal-arloġġ tal-kuritur jinstema’ sew. Bħall-inħir ta’ żewġi, rieqed
fil-fond maġenbi.
Nitgeddes u nintrass kobba miegħi nnifsi. Nistenna dak il-mument.
Fl-aħħar, it-tokki sodi ta’ nofsillejl jinstemgħu jdoqqu, kburin u qawwija, huma u jidwu mad-dar kollha biex jiksru l-ħemda sfiqa tal-lejl.
Waħda … tnejn … tlieta …
Jien u ngħodd, it-tkexkix ikompli jriegħex u jregħedli ġismi.
… Għaxra, ħdax, tnax.
Sakemm fis, fid-dar jerġa’ jsaltan is-skiet. Skiet qalil. Skiet qabri. Skiet tal-waħx hekk kif it-tektik tal-pendlu jieqaf ħesrem … u l-inħir ta’ żewġi jiskot f’salt!
Maż-żaqżiqa rqiqa tal-bieba tal-arloġġ tinfetaħ waħedha, inross
il-kpiepel t’għajnejja iżjed ma’ xulxin … jien u nisma’ l-passi tqal resqin lejn soddti. U nkompli nibbies u nitkebbeb fija nnifsi għax naf li reġa’ ġie. Reġa’ wasal. Reġa’ ġej hu.
Reġa’ ġie għalija … l-ispirtu misterjuż.
Ir-ruħ li għadha ma straħitx.
Il-ħares li akkost ta’ kollox … iridni bilfors għalih.
Anzi, għalih biss!

RELATED BOOKS

  • Meta Traxxax ix-Xita

    by Lina Brockdorff

  • Taħt is-Swar tal-Imdina

    by Lina Brockdorff

  • Sister Clara il-Mara Midinba

    by Salv Sammut

    €13.00
  • It-Tawmaturgu

    by Mark Anthony Fenech

  • X’Aħna Smart

    by Stephen Lughermo

    €11.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Imħabba Projbita Dak Kollu li Jidher… Sekwenzi Mġannta Scroll to top