Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Imħabba taħt Assedju
Storja Kbira
Darren Agius
€13.00
Category: Rumanzi
DESCRIPTION

Imħabba taħt Assedju – Storja Kbira hu ambjentat f’Malta fil-bidu tas-seklu XV. Il-ħajja f’dawk iż-żminijiet kienet iebsa immens! Il-ħbiberija, l-imħabba, il-qlubija, l-abbużi, il-ġlied imdemmi u l-mewt kienu jitħalltu flimkien fil-ħajja ta’ kuljum, bħalma jiġri lill-protagonisti ta’ Storja Kbira.

“Kull meta narak qalbi tkun trid toħroġ minn ġo sidri bir-ritmu li tibda tħabbat. Qisha trid tiġi għandek, qisha taf li inti sidtha! U meta ma tkunx ħdejja u meta ma narakx, bħallikieku ma telgħetx ix-xemx!” X’ġabet Pawlina fil-ħajja ta’ Johanni?

“Ir-Re tana l-Magna Carta, ibni…” (200 sena qabel ħaduha l-Ingliżi) Kif irnexxielna nakkwistaw il-Magna Carta? U xi rbaħna biha?

“…ponn Maltin waħedhom armati bix-xejn għelbu l-qawwa ta’ tmintax-il elf Ħafsidi u rebħu…” “…u Malta rebħet mija u sena ta’ ‘indipendenza’ ”. Għal mija u sena, l-Maltin mexxew lil Malta.

Il-Maltin kienu taħt il-Kuruna t’Aragona, imma kienu jamministraw il-ħwejjeġ interni ta’ pajjiżna huma, simili għal dak li nkiseb fl-1964.

“Għeżież uliedna, aħna għaddejnielkom storja kbira x’tgħożżu u x’tgħixu, tinsewniex.”

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Echoes a novel Distant Voices : Distant Lives Luciano Scroll to top